Lokali Parlament

Fearne jrid protezzjoni dwar ‘l-id moħbija’ fuq l-allegat frame-up għax jibża’ li jeliminawh


L-Eks Deputat Prim Ministru u Eks Ministru tas-Saħħa Chris Fearne insista fil-Parlament li l-Ispeaker Anġlu Farrugia għandu jwettaq investigazzjoni dwar “l-id moħbija” wara l-allegat frame-up li sar fil-konfront tiegħu waqt li jagħtih protezzjoni minn min irid jeliminah.


F’intervent fil-Parlament illum, Chris Fearne rrifera għar-rapporti riċenti f’The Times, The Boston Globe u mill-OCCRP li fih kien żvelat li Steward kienu allokaw is-somma ta’ €6 miljuni biex isiru frame-ups fil-konfront ta’ diversi nies, fosthom l-istess Eks Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.


Fil-Parlament, Chris Fearne qal li dawn l-artikli juru li fix-xhur li għaddew kien qed jinħema frame-up malinn li sewa ktar kinn €6 miljuni bi stejjer ivvintati dwaru. Hu qal li kien diġà talab li jsiru investigazzjonijiet neċessarji mill-Pulizija u l-Kummissarju tal-Pulizija kien informah li l-istejjer kienu foloz u li ma kien hemm edba dell ta’ ħtija fuqu. Minkejja dawn l-investigazzjonijiet, il-Pulizija ma kienx irnexxielhom isibu minn wettaq il-frame-up.


Hu qal li kien reġa’ talab lill-Kummissarju tal-Pulizija jkompli jinvestiga s-sors ta’ dan il-frame up, kemm is-sors li fuqu kien hemm identifikazzjoni kif ukoll xi “id moħbija” wara dan il-frame-up. Dan l-attakk fuqu sar għax hu rappreżentat tal-poplu u biex jieqaf milli jaqdi dmirjietu u jieqaf jaħdem poltikament, sostna Chris Fearne.


Hu għalhekk talab il-protezzjoni tas-Sedja biex ikompli bil-qadi ta’ dmirijietu lejn il-poplu bla biża’ u favuri. Hu talab lill-Ispeaker biex hu u l-famlija tiegħu jkunu mħarsa mill-perikli għax min kien lest jonfoq €6 miljuni fi frame-up jista’ jkun lest biex jelimnah.