Lokali

Fearne mhux jeskludi li kien hemm nies mill-Gvern implikati fil-frame-up li sar fuqu

F’kumment li ta barra l-Qorti, id-Deputat Mexxej Laburista, Chris Fearne qal li mhux jeskludi li hemm hemm nies mill-Gvern implikati fil-frame-up li sar fuqu.

“Jien la qed ninkludi u lanqas neskludi lil ħadd,” qal Fearne.

Il-ġimgħa li għaddiet kien ġie rrapurtat li Steward Health Care iffinanzjat kampanja biex tħammeġ isem Chris Fearne permezz ta’ rapporti ta’ korruzzjoni foloz. Kampanja li kienet parti minn operazzjoni sigrieta ta’ €6.5 miljun – flus li huma tal-poplu Malti u Għawdxi wara li l-Gvern Laburista ħallas lill-istess kumpanija l-miljuni ta’ ewro biex ħadu taħt idejhom it-tliet sptarijiet Maltin.