Sport

Id-disa’ stadju tat-Tour de France

Fid-disa’ stadju tat-Tour de France fi Troyes fuq distanza ta’ 199 kilometru, kien reġistrat l-ewwel suċċess għal Anthony Turgis ta’ Franza għal Team Total Energies li temm f’4 sigħat 19 il-minuta u 43 sekonda. Turgis rebaħ bi sprint fuq il-Britanniku Tom Pidock ta’ Ineos Grandiers, u Derek Gree tal-Kanada għal Israel Premier Tech.

Fil-klassifika ġenerali saħħaħ postu fl-ewwel post is-Sloven Tadej Pigacar għal UAE Team Emirates b’total ta’ 38 siegħa 42 il-minuta u 42 sekonda, b’distakk vantaġġ ta’ 33 sekonda fuq il-Belġjan Remco Evenepoel għal Soudal Quick Step u d-Daniż Jonas Vingegaard għal Visma Lease-a-Bike b’distakk ta’ 1 minuta u 15 il-sekonda.

L-istadju li jmiss tat-Tour huwa fuq distanza ta’ 187.3 kilometri, minn Orleans sa Saint Armand Montrond.