Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta ħareġ jirredikola u jattakka lill-Kamra tal-Periti fejn sejħilhom superfiċjali, irresponsabbli u jafu jużaw biss il-photoshop.
Ivan Falzon, li la hu kwalifikat fid-disinn urban, la fl-immaniġġjar tat-traffiku u lanqas fid-disinn tat-toroq, kien qed jiġi mistoqsi minn Andrew Azzopardi dwar il-flyover tal-Imsida li magħha ġabet ħafna kritika mill-pubbliku.
Flyover li se ssir minn Gvern li wiegħed li se jkun qed jisma’ u jassigura li jqabbad esperti sabiex jagħmlu rapport fuq dak li qed tipproponi l-Kamra tal-Periti. Iżda l-uniku rapport li sar mhu xejn ħlief kampanja ta’ attakki kontra l-Periti Maltin.
Il-Kamra tal-Periti qed tipproponi sabiex il-proġett tal-Imsida Creek jinbidel f’park ta’ 20,000 metru kwadru għal spazju pubbliku ta’ divertiment u rikreazzjoni, b’Ivan Falzon qatt ma eskluda li partijiet mill-pjanijiet li qed tipproponi l-Kamra tal-Periti jiġu implimentati fil-proposta ta’ Infrastructure Malta.
Il-Partit Nazzjonalista ilu jisma’ u jiltaqa’ ma’ kull min jixtieq iressaq ‘il quddiem ideat jew inizjattivi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>