Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jippreżenta mod ġdid kif għandu jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija

Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jkun indipendenti minn kull partit politiku, u għalhekk Kummissarju tal-Pulzija għandu jiġi approvat minn 2/3 tal-kamra tal-Parlament u għandu jkun maħtrur mill-President.

Din hija l-emenda  li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista fil-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Att dwar il-Pulizija u li ġiet spjegat f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzatta mid-deputati Karol Aquilina u Darren Carabott.

Ritratt: Matthew Tabone

Ix-Shadow Minister Darren Carabott spjega kif inkredibilment l-estenzjoni ta’ Gafà bħala Kummissarju tal-Pulizija ġiet imħabbra minnu stess. Dan hekk kif sena wara sena baqa’ joħroġ iktar ċar kif Gafà naqas milli jaqdi dmirijietu lejn il-poplu Malti u Għawdxi fejn ma investigax l-ikbar skandli f’pajjiżna.

Carabott għamel referenza għal każ ta’ Vitals fejn fil-Qorti ntqal li lanqas biss kien hemm investigazzjoni dwar id-deal skandaluż li sar bejn il-Gvern u  Vitals, fil-każ ta’ Pilatus Bank u l-Pulizija spiċċaw jaħdmu bil-kontra fejn issema x’evidenza hemm biex ma jinvestigawx. L-istess prassi ttieħdet dwar l-iskandlu tal-electrogass, l-iskandlu tal-benefiċċji soċjali kif ukoll l-iskandlu tal-liċenzji tas-sewqan.

Preżentament, Kummissarju tal-Pulizija jinħatar billi ssir sejħa pubblika mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, sussegwentament il-Kummissjoni tagħżel l-aħjar żewġ applikanti u tibgħathom lill-Kabinett tal-Ministri u l-Kabinett jagħżel applikant wieħed, eventwalement il-Ministru responsabbli mill-Pulizija jirreferi ismu lill-Kumitat Permanentti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, fejn eventwalment dan il-Kumitat jagħti parir dwaru u jiġi maħtur mill-Prim Ministru

Ritratt: Matthew Tabone

Minn naħa tiegħu, ix-Shadow Minister Karol Aquilina spjega kif din il-metidoloġija waslet biex fi 12-il sena nbidlu 7 Kumissarji tal-Pulizija.

Għalhekk l-abbozz qed jipproponi biex il-Kummissarju tal-Pulizija jinħatar jekk l-applikant jikseb iktar minn 2/3 tal-membri kollha tal-Kamra. U eventwalment jiġi maħtur mill-President u mhux mill-Prim Ministru.

Ritratt: Matthew Tabone

Carabott u Aquilina spjegaw ukoll li l-Kummissarju tal-Pulizija wara li jiġi maħtur, għandu jingħata, secutiry of tenure, fejn ikun jista’ jitneħħa biss mill-President wara r-riżoluzzjoni bil-vot ta’ mill-anqas 2/3 tal-membri kollha tal-Kamra.

Dan l-abbozz tal-liġi għalhekk se jwassal biex ikun hemm anqas indħil politiku partiġjan fit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll iktar motivazzjoni biex l-Uffiċjali tal-Pulizija jaqdu dmirijiethom mingħajr biża’.