Sport

Il-Weightlifters Maltin jagħtu wirjiet mill-aqwa fil-Ġermanja

Weightlifters Maltin ikkompetew fit-Trophy of the Blue Swords f’Meissen, fil-Ġermanja. Dan hu tournament prestiġjuż b’Rylee Borg u Tenishia Thornton ikollhom riżultati pożittivi f’kompetizzjoni li attirat l-aqwa kompetituri fid-dinja.

Rylee Borg refa’ b’suċċess 109 kg fl-Isnatch u 142kg fil-Clean and Jerk, għal total ta’ 320 punt liema wirja pożittiva ta’ Borg serviet ta’ inċentiv għal parteċipazzjoni Maltija fit-tournament.

Tenishia Thornton ikompetiet fit-tielet u l-aħħar grupp fejn wettqet b’suċċess is-sitt tentattivi tagħha, u spiċċat bi Snatch ta’ 85kg u Clean and Jerk ta’ 107kg, b’total ta’ 361 punt.

Din is-sena kienet l ewwel darba li Malta kkwalifikat sabiex tikkompeti f’dan it-tournament li huwa rinomat li jattira l-aqwa atleti fid-dinja.

Il-kategorija tan-nisa ntrebħet minn Nina Stercks tal-Belġju, filwaqt li Julio Mayoral tal-Venezwela rebaħ il-kategorija tal-irġiel.

Dawn ir-riżultat huma parti mill-programm ta’ taħrig għal Rylee Borg u Tenishia Thornton għall-Kampjonati Dinji tal-Juniors f’Settembru li ġej.