Sport

L-ewwel parteċipazzjoni tat-tim nazzjonali tal-irġiel taI-Beach Handball se tkun fil-Bulgarija

It-tim nazzjonali tal-irġiel taI-Malta Handball Association se jkun qed jikkompeti fil-Kampjonat tal-Irġiel tal-Beach Handball fil-Federazzjoni Ewropea tal-Handball (EHF) li se jsir f’Varna, fil-Bulgarija, bejn l-11 sal-14 ta’ Lulju. Din se tkun l-ewwel parteċipazzjoni ta’ Malta f’din il-kompetizzjoni.

Parteċipazzjoni fil-pjan tal-Malta Handball Association għall-iżvilupp tal-beach handball fejn il-Malta Handball Association temmen li din il-fergħa tal-Handball jeħtieġ li tingħata importanza u l-Assocjazzjoni flimkien mal-Kumitat Olimpiku Malti qed jinvestu fl-iżvilupp tal-Beach Handball.

It-tim nazzjonali Malti se jikkompetu fi Grupp B kontra Franza, il-Bulgarija, in-Norveġja u ċ-Ċeka. Malta se jkollha l-ewwel partita fil-11 ta’ Lulju kontra Franza u l-għada kontra l-Bulgarija, in-Norveġja u ċ-Ċeka rispettivament. Skont ir-riżultati miksuba, it-Tim nazzjonali Malti jkun jista’ jipparteċipa fir-round li jmiss.

Il-coaches tat-tim Nazzjonali, Pedro Jorge Teixeira Mota u Gabor Bathori li għandhom esperjenza estensiva bħala plejers u kowċis fil-Beach Handball, għażlu dawn il-plejers: Matthew Brincat, Mauro Camilleri Darmanin, Adam Hackett, Liam Harrison, Thomas Hackett, Christian McClean, Jeremy Scicluna, Ryan Sciortino, Daniel Tanti Farrugia u lil Gianluca Vassallo Ciliberti.

Il-kontinġent jinkludi lil Adan Sule bħala tim manager u Daryl Azzopardi bħala fisjoterapista.