Lokali Temp

MEWĠA OĦRA TA’ SĦANA: Temperaturi li resqin lejn is-37 grad

Ritratt: Martin Agius

Wara ġimgħa kemxejn aktar friska min-normal, il-ġranet li ġejjin mistennija jġibu magħhom mewġa oħra ta’ sħana.

Skont it-tbassir tal-Uffiċċju Metereoloġiku, sa tmiem il-ġimgħa t-temperatura se tkun qed tmiss is-37 grad Celcius. Dan filwaqt li bil-lejl se jkollna temperaturi ta’ 25 grad.

Ir-riħ se jibqa’ varjabbli, bejn Forza 2 u Forza 3.