Mill-2020 lil hawn telqu 267 ħaddiem mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA).
Dan jirriżulta minn tweġiba parlamentari li ta l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia li staqsa lill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana jgħid kemm ħaddiema telqu minn mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), sena b’sena, mill-2020.
Dan hu l-ammont ta’ persuni li telqu mill-MFSA sena b’sena mill-2020 ‘il hawn:
2020: 46
2021: 78
2022: 74
2023: 54
2024: 15
Total: 267