Sport

MITTC isaħħu t-tim għall-istaġun li ġej


Il-klabb lokali tat-table tennis MITTC bdew bil-ħidma tagħhom sabiex isaħħu l-iskwadra għall-istaġun li ġej u dan sabiex jgħinu l-atleti Maltin tal-klabb tagħhom. MITTC kisbu l-firma ta’ xi plejers internazzjonali fosthom il-Korean Kim Taehyun, l-Ispanjol Juan Masip u t-Tork Batuhan Sahin. Dawn ser jingħaqdu mal-kumplament tal-iskwadra u ser jkunu ta’ għajnuna lill-players Maltin li jilagħbu fi ħdan dan il-klabb u li ser isegwu programm ta’ taħrig matul l-istaġun.


MITTC ħolqu wkoll opportunita’ kbira għall-plejers femminili li jilagħbu magħhom hekk kif investew fi plejers ta’ ċertu isem, fosthom l-Eġizzjana Roaa Elneghy u l-Ukrena Olena Oleksandrivna. Dawn se jingħaqdu ma’ plejers oħra lokali fosthom Anthea Cutajar, Dorianne Magri u Viktoria Luchenkova u biex b’hekk jiġi ffurmat l-ewwel tim Malti li jipparteċipa fil-kategoriji femminili internazzjonali fost il-kompetizzjoni organizzata mill-European Table Tennis Union.