Sport

‘The Hitman’ f’seminar f’Malta għal studenti tal-kickboxing

Fil-ġranet li għaddew studenti tal-kickboxing affiljati ma’ kull klabb lokali attendew għal seminar ieħor organizzat minn Master Noel Mercieca għal Team Noel Club.

Wara li fix-xhur li għaddew Ernesto Hoost mexxa seminar simili, għall-ewwel darba f’Malta kien mistieden il-kickboxer Ingliż ta’ fama mondjali, Liam Harrison, magħruf bħala The Hitman.

Liam “The Hitman” Harrison jiġġieled fil-kategorija welter-weight Muay Thai fejn fir-Renju Unit jiġġieled għal Bad Company u jitħarreġ f’Jitti Gym u Yokkao Training Centre. f’Bangkok fit-Tajlandja.

Harrison għandu rekord ta’ 118-il ġlieda fil-Kickboxing fejn rebaħ 91 darba b’50 minnhom b’knockout, 25 telfa u 2 draws . Dawn flimkien mar-rebħ tal-Kampjonat Dinji fl-2014 WBC Muay Thai u Champion Internazzjonali WBC Muay. Bejn 2007 – 2009 kien Champion tad-Dinja WMC Muay Thai Lightweight kategorija 61.5 kilo fejn, huwa kklassifikat fil-5 post fil-klassifika ONE Bantamweight Muay Thai.

Dawk li ħadu sehem fis-seminar kienu wkoll indirizzati minn Master Noel Mercieca.