Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Chamber of SMEs Abigial Agius Mamo se twarrab minn din il-kariga wara għaxar snin ta’ ħidma b’suċċess kbir.
Fi stqarrija ntqal li ilha parti integrali minn din l-entità għal dawn l-aħħar 17-il sena fejn fl-aħħar għaxar snin serviet bħala Kap Eżekuttiv u ġabet bidliet f’numru ta’ affarijiet f’livell nazzjonali. Dan apparti li matul il-pandemija hija kompliet tagħti l-appoġġ lin-negozji bl-aġir tagħha wassal għall-premju mogħti mill-Unjoni Ewropea għal Solidarjetà Ċivili.
Abigail Agius Mamo ħadmet qatigħ sabiex tkabbar ir-reputazzjoni tal-Malta Chamber of SMEs kif ukoll biex tipprovdi l-opportunitajiet bil-għan li tixħet dawl fuq l-importanza tan-negozji lokali. Bl-akbar suċċess tagħha jkun il-kreazzjoni tal-Malta Business Awards, avveniment li bosta jkunu qed jistennewh minn sena għall-oħra.
Intant, f’din l-istqarrija ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar min se jkun il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Chamber of SMEs wara Abigial Agius Mamo.
//= $special ?>