Għall-partita bejn l-Olanda u l-Ingilterra, f’Dortmund mistennija jkun hemm aktar minn 110,000 partitarju. Huwa stmat li aktar minn 80,000 Olandiż se jkunu qed jagħmlu vjaġġ lejn il-Ġermanja filwaqt li aktar minn 30,000 partitarju Ingliż mistennja wkoll jagħmlu dan il-vjaġġ.
Il-pulizija fil-Ġermanja jinsabu preparati għal dan l-influss ta’ partitarji f’qasir żmien kif ukoll il-pubs ta’ Dortmund hekk kif iż-żewġ settijiet ta’ partitarji huma magħrufa għall-kwantità ta’ xorb li jikkonsmaw.
//= $special ?>