Sport

Ġurnata oħra fit-Tournament ta’ Wimbledon

F’ġurnata oħra fit-Tournament ta’ Wimbledon, itlagħbu aktar partiti mill-grupp tal-aħħar 16. Lorenzo Musetti tal-Italja, seed numru 25 għeleb lil Giovanni Mpetshi Perricard ta’ Franza sabiex għadda għal kwartifinali.

Kien Perricard li rebaħ l-ewwel set 6 – 4 . F’reazzjoni minn Lorenzo Musetti wara li rebaħ it-tieni set 6 – 3, mar fil-vantaġġ bit-tielet set 6 – 3 sabiex rebaħ ukoll dak deċiżiv 6 – 2 . Wara dan ir-riżultat fil-kwartifinali, Musetti jilgħab kontra Taylor Fritz tal-Istati Uniti.

Is-seed numru 2. Novak Djokovic għadda għal kwartifinali wara li elimina lil Holger Rune tad-Danimarka. Djokovic ftit tħabat biex rebaħ l-ewwel set 6 – 3 fejn minkejja li Rune pprova jwettaq reazzjoni fit-tieni set meta mar 3 – 3, eventwalment kien Djokovic li rebaħ 6 – 4, bl-aħħar set jintemm 6 – 2 .

Sorpriża waslet mis-seed numru 13 Taylor Fritz tal-Istati Uniti, li elimina lis-seed numru 4 Alexander Zverev tal-Ġermanja – partita li Zverev qatt ma deher li seta’ jitlef l-aktar wara li rebaħ l-ewwel żewġ sets 6 – 4 ; 7 – 6 sabiex kien pass bogħod mill-kwartifinali. Reazzjoni minn Taylor Fritz fit-tielet set waslet biex rebaħ 6 – 4 . Rebaħ ukoll ir-raba’ set 7 – 6 sabiex bil-partita tmur għas-set deċiżiv, kien Fritz li ddomina u rebaħ 6 – 3 u post fil-kwartifinali.