Il-Pulizija Brażiljana qed tallega li l-Eks President Jair Bolsonaro immisapproprja l-ġojjellerija ta’ valur ekwivalenti għal aktar minn miljun ewro, fiż-żmien meta hu kien imexxi l-Brażil.
Dan skont rapport investigattiv li għadha kemm ħarġet il-Qorti Suprema Brażiljana wara li Bolsonaro tressaq fuq akkużi dwar din il-misapproprjazzjoni – kif ukoll dwar ‘ħasil tal-assi’ u assoċjazzjoni kriminali konnessa mal-moviment tal-ġojjellerija b’oriġini fl-Arabja Sawdija.
L-investigazzjoni qed iżżid il-pressjoni fuq Bolsonaro, estremista tal-lemin, li kien President tal-Brażil bejn l-2019 u 2022 u li kien tilef l-aħħar elezzjoni kontra l-President attwali, Luiz Inacio Lula da Silva. Dan ukoll meta Bolsonaro tilef id-dritt li jikkontesta għal kariga politika fil-Brażil sal-2030.
//= $special ?>