Lokali Parlament

Il-liġi elettorali m’għandhiex tkun abbużata fil-konfront tal-votanti anzjani fid-djar residenzjali


Paula Mifsud Bonnici, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici sostneit fl-Aġġornament tal-Parlament li l-liġi elettorali m’għandhiex tkun abbużata fil-konfront tal-votanti anzjani fid-djar residenzjali.


Paula Mifsud Bonnici qalet li l-liġi elettorali qed tiġi abbużata fil-kuntest tad-dritt demokratiku ta’ ċittadini li jivvutaw. Hi speċifikat li hi biss persuna mill-Bord Mediku li tiddeċiedi min għandu dritt jivvota.


Għaliex l-anzjani li hemm fid-djar tal-anzjani u fir-Residenza San Vinċenz huma kkunsidrati li huma nieqsa mill-abbiltà mentali u allura jsirilhom test? Jirriżulta li dawn l-anzjani kollha kellhom joqogħdu għal test qabel jivvutaw fl-elezzjonijiet. Is-sistema qed titlaq mill-premessa żbaljata għaliex fil-prinċipju kulħadd għandu dritt jivvota.


Id-deputat Nazzjonalsta qalet li l-Prim Ministru mhux iwieġeb mistoqsijiet dwar dan il-każ għaliex qed isostni li l-bord mediku jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni Elettorali. Fit-32 dar tal-anzjani saru 4,413-il test dwar il-kundizzjonij mentali fuq l-anzjani. Dan ifisser li l-anzjani kollha intalbu jagħmlu dan it-test. L-ewwel test sar mill-amministrazzjoni tad-djar u wara l-bord reġa’ mar, iżda jirriżulta li l-bord mar biss f’10 minn dawn id-djar għall-anzjani.


Hi staqsiet għaliex seħħ dan u għaliex il-bord mediku ma marx fid-djar kollha. Il-Kummissjoni Elettorali għandha tirrispondi għaliex il-bord mediku ma marx San Vinċenz. Kien hemm 478 anzjani f San Vinċenz li m’għaddewx mill-ewwel test iżda l-bord mediku ddeċieda li ma jrurx jagħmel it-test lil dawn l-anzjani. Jeħiteġ li tingħata raġuni għaliex il-bord mediku m’għamilx dan it-test fuq dawn l-anzjani.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li lil dawn l-anzjani nħarġilhom il-vot u kellhom jitniżżlu biex jivvutaw anki jekk kein hemm minnhom li għandhom problemi biex jagħrfu lill-familjari tagħhom aħseb u ara kemm jagħrfu lil min se jivvutaw.


Dan ħoloq problemi u diffikultajiet anki fuq il-familjari minħabba biża’ ta’ abbużi fuq l-anzjani u fuq il-vot tagħhom. Jeħtieġ li l-bord ikollu proċedura sħiħa dwar kif jaħdmu skont kif tispeċifika l-liġi stess.


Paula Mifsud Bonnici kkritikat il-fatt li l-bord mediku mar anki jkellem lill-anzjani fis-2pm meta l-anzjani jkunu qed jistrieħu. Jeħtieġ li d-dinjità tal-anzjani tkun rispettata, sostniet id-deputat Nazzjonalista.