Il-Union tal-Health and Safety Practitioners hija il-Union li tissalvagwardja il-professjonisti kollha li jahdmu fis-settur tas-sahha u sigurtà, fejn spjegat fi stqarrija li tisgħab diżappuntata għaliex ma ġietx ikkonsultata qas bdiet id-diskusjoni tal-Att li jirregola is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Prezentament, fil-parlament qed tiġi diskuss l-Att li jirregola is-sahha u sigurtà fuq ix-xoghol. Il-Union qed taghmel eżerċizzju intenziv u evalwazzjoni ta’ din il-ligi sabiex taghti r-rakommandazzjonijiet taghha biex tassikura li l-membri taghha jkollhom rwol effettiv f’din il-ligi.
Il-Union kienet fuq quddiem sabiex taghti r-rakomandazzjonijiet taghha lill-Awtoritajiet kompetenti rigward il-White Paper li kienet harget u tinnota b’sodisfazzjon li numru ta’ rakommandazzjonijiet li kienet tat gew milqugha, fosthom illi din il-professjoni tinghata l-importanza li jisthoqqilha u li jkun hemm reġistru ta’ nies kompetenti effettiv u li persuni f’dan ir-registru biss jistghu jaghtu s-servizzi relatat mas-sahha u s-sigurta’ fuq ix-xoghol.
Min-naha l-ohra il-union turi d-dizappunt taghha illi ma ġietx ikkonsultata biżżejjed u thoss li setghet taghti aktar ideat biex din il-ligi tkun thalli l-effetti u r-rizultati mistennija. Huwa wkoll ta’ dizappunt ghall-Union illi mhux ser ikollha rappreżentanza fil-Bord Governattiv, u l-persuna li jkollha kompetenza fis-settur li se tkun fuq dan il-Bord ser tkun maghzula mill-Ministru, fil-waqt li l-impjegati u principala ser ikollhom żewġ rapprezentanti li jinhatru wara konsultazzjoni mal-korp jew korpi li jirrappreżentawhom. Il-Union hi tal-fehema li bhala l-unika Union li tirrapreżenta lill-prattikanti fis-settur ghandha jkollha rappreżentanza fil-Bord.
Inoltre, din il-ligi ma tipprovdix ghall-possibilita li jkun hemm warrants ghall-min jipprattika fis-settur, però fl-istess hin, it-Tribunal ghas-sahha u sigurtà ser ikun kompost minn President fil-professjoni legali u żewġ membri ohra li jkunu professjonisti bil-warrant f’oqsma relatati mas-sahha u sigurtà. In-nuqqas ta’ dan il-warrant fis-settur qed jipprekludi lill-professjonisti fis-settur milli jaghtu l-kontirbut taghhom f’dan it-Tribunal.
Il-Union ser tkun qed tissottometti r-rakomandazzjonijiet taghha quddiem il-Kumitat waqt id-diskussjonijiet ta’ din il-ligi sabiex l-att finali verament jaghti l-importanza li dan is-settur jisthoqqlu u li finalment jissalvagwardja is-sahha kemm tal-haddiema u kemm ta’ kull persuna li tista’ tiġi affettwata b’xi mod jew iehor.
//= $special ?>