Sport Sport Ieħor

Jasper Philipsen jirbaħ l-għaxar stadju tat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Iċ-ċiklista Belġjan Jasper Philipsen rebaħ l-għaxar stadju tat-Tour de France. Minkejja dan, Tadej Pogacar xorta waħda żamm il-flokk l-isfar.

Philipsen irnexxielu jegħleb lil Biniam Girmay u lil Pascal Ackermann. Fir-raba’ post temm Wout van Aert filwaqt li Fernando Gaviria temm fil-ħames post.

Intant, Pogacar sabha kemxejn diffiċli jtemm maċ-ċiklisti ta’ quddiem hekk kif it-tellieqa kienet kkaraterizzata minn riħ qawwi.

Philipsen ddomina t-Tour de France tas-sena li għaddiet hekk kif rebaħ erbgħa minn ħdax-il stadju.