Toni Bezzina, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fil-Parlament li jeħtieġ spezzjonijiet mill-awtoritajiet dwar is-saħħa u s-sigurtà fl-industrija tal-kostruzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-fatti juru li l-aktar li jkun hemm inċidenti u mwiet hu fl-industrija tal-kostruzzjoni u sostna li ftit li xejn hemm proposti fl-abbozz il-ġdid. Din il-liġi mhijiex se twassal biex jitnaqqsu l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol fl-industrija tal-kostruzzjoni.
Toni Bezzina kompla li s-sitwazzjoni ta’ żieda ta’ iktar uffiċjali mhux bilfors se twassal għas-sitwazzjoni mixtieqa. Hu qal li kellu jkun hemm reġistri ta’ min jista’ jkun project supervisor bi kwalifiċi ċari, u li jkun jirrispondi direttament lill-Awtorità.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza li l-project supervisors iwettqu xogħolhom b’kuxjenza biex ikunu evtitati l-inċidenti. Hu appella biex tkun adatta sistema li biha jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol.
Il-poplu hu l-aktar inkwetat fuq l-inċidenti li jseħħu fis-siti ta’ kostruzzjoni, sostna Toni Bezzina, li kompla li f’dan is-settur hawn min jabbuża u għalhekk hu bżonn li l-Awtorità jkollha l-aqwa riżorsi flimkien ma’ qafas ta’ spettorat fiha stess.
Irid ikun il-gvern li jiskrutinja s-siti kollha ta’ kostruzzjoni.
//= $special ?>