Joseph Gatt beda uffiċjalment il-ħidma tiegħu bħala Sindku ġdid tal-Mosta. Dan hekk kif kompla l-proċess fejn numru ta’ Sindki u Viċi Sindki madwar Malta u Għawdex qed jieħdu l-ħatriet tagħhom għall-ħames snin li ġejjin.
Il-Mosta hija waħda minn diversi lokalitajiet fejn fit-8 ta’ Ġunju nqalbet il-maġġoranza. U allura, issa l-Kunsill irid jibda ħidma importanti biex imexxi ‘l quddiem l-interessi veri tar-residenti.
It-Tnejn filgħaxija saret l-ewwel laqgħa tal-Kunsill li ġie elett fil-Mosta, fejn Joseph Gatt ħa l-ġurament bħala Sindku filwaqt li Keith Cassar ħa l-ġurament bħala Viċi Sindku tal-lokalità.
Għal din l-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Mosta kien hemm preżenti wkoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien ma’ martu Anne Marie Grech.
//= $special ?>