Fl-aħħar sigħat tħabbar li r-referee għas-semifinali bejn l-Ingilterra u l-Olanda se jkun il-Ġermaniż Felix Zwayer ta’ 43 sena.
Fl-2021, il-midfielder Ingliż Jude Bellingham, li dak iż-żmien kien jilgħab ma’ Borussia Dortmund kien għadda kummenti fil-midja dwar il-fatt li Zwayer fl-2005 kien weħel sospensjoni ta’ 6 xhur wara li kien investigat dwar korruzzjoni fil-futbol. Għal dan il-kumment Bellingham kien immutlat €40,000.
Il-kummenti ta’ Bellingham kienu saru wara l-partita bejn Borussia Dortmund u Bayern Munich fejn dakinhar Dortmund kienu tilfu 3-2, bir-referee dakinhar ma jagħtix penalty lil Dortmund filwaqt li ta penalty lil Bayern Munich.
Bellingham kien strumentali matul dawn il-Kampjonati Ewropej għall-Ingilterra fosthom permezz tal-gowl li ġab id-draw fl-aħħar sekondi tal-partita kontra l-Islovakkja.
//= $special ?>