Lokali

“Kull ġurnata moħlija hi musmar ieħor f’qalb kull Laburist” – Neville Gafà

Aktar esponenti tal-Labour qed jikxfu kif fl-aħħar ġimgħat bdiet tiġri l-iskuża li m’hemmx minn fejn tagħżel biex issir reshuffle. Dan meta l-Prim Ministru għandu pressjoni enormi fuqu biex iwettaq dan it-tibdil – iżda qed jirreżisti. Tant li f’xahar minn mindu ntilef siġġu fil-Parlament Ewropew, baqa’ ma wettaq ebda bidla sinifikanti.

Fuq Facebook, l-attivist Laburista Neville Gafà qed jistaqsi min imbotta ‘l quddiem biex jitwarrbu individwi bħal Rosianne Cutajar, Oliver Scicluna, Jean Claude Micallef, James Grech, Dario Vella u l-Għawdxi Christian Zammit. “U Edward Zammit Lewis, Chris Agius, Alex Muscat, Michael Farrugia, Deo Debattista u Carmelo Abela jistgħu jaħsbu biex iżarmaw?”, staqsa Gafà.

L-attivista tal-Labour illi huwa parti mill-klikka ta’ Joseph Muscat, jinsisti wkoll li “jekk mhux se ninbiddlu, se jibdluna. Kull ġurnata moħlija hi musmar ieħor f’qalb kull Laburist.”