Il-PN qed jinsisti li l-Kummissarju tal-Pulizija ikun tassew indipendenti minn kull partit politiku. U għalhekk, il-Kummissarju għandu jiġi approvat biż-żewġ terzi tal-Parlament, sabiex imbagħad ikun maħtrur mill-President.
Iżda minkejja din il-proposta tal-PN li se ssaħħaħ il-mod kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija, il-Prim Ministru għadu jemmen li l-metodu li qed jintuża bħalissa huwa “trasperenti”. Robert Abela jistqarr li l-proċess preżenti huwa “robust”.
L-emenda li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista fil-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Att dwar il-Pulizija hija intiża biex ma jiġux ripetuti l-istess żbalji li saru fit-tmexxija ta’ Angelo Gafà. Il-Ministru tal-Intern, meta mistoqsi minn Net News, ma kkommetiex ruħu jekk jaqbilx jew le mal-emenda taż-żewġ terzi.
Ma’ dan is-sit, il-Ministru Byron Camilleri ma weġibx għaliex ġedded il-kuntratt ta’ Angelo Gafà.
Il-Kummissarju Gafà ilu snin jiġi kritikat għan-nuqqas ta’ azzjoni tiegħu – fosthom fil-każ tal-Vitals, fejn fil-Qorti ntqal li lanqas biss kien hemm investigazzjoni dwar id-deal skandaluż li sar mill-Gvern.
Kien hemm ukoll il-każ tal-bank Pilatus, fejn il-Pulizija spiċċaw jaħdmu bil-kontra. Dan apparti l-iskandlu tal-Electrogas, l-iskandlu tal-benefiċċji soċjali, kif ukoll l-iskandlu tal-liċenzji tas-sewqan.
//= $special ?>