Ir-referee Slavko Vincic se jkun qed jikkontrolla l-ewwel semifinali tal-lum bejn Spanja u Franza li se tintlagħab fi Munich. Is-Sloven li għandu esperjenza kbira fix-xena internazzjonali, se jkun assistit mill-kompatrijotti Tomaz Klancnik u Andraz Kovacic filwaqt li s-Slovakk Ivan Kruzliak se jkun ir-raba’ uffiċjal. Imwieled fil-belt Slovena, Maribor, fiż-żmien li kienet għadha parti mill-Jugoslavja, Vincic ilu referee internazzjonali mill-2010.
Fost il-logħbiet importanti li kkontrolla, l-aktar riċenti hi l-finali tal-UEFA Champions League bejn Real Madrid u Borussia Dortmund. Hu kien magħżul ukoll bħala r-referee fil-finali tal-Europa League tal-istaġun 2020/21 bejn Eintracht Frankfurt u Rangers.
Din hi t-tieni darba li se jikkontrolla lil Spanja f’din l-edizzjoni wara li aktar kmieni kien ikkontrolla l-logħba bejn Spanja u l-Italja, bl-Ispanjoli joħorġu rebbieħa 1-0. Hu ma kkontrollax lil Franza f’din l-edizzjoni. Vincic li għandu 44 sena, ikkontrolla l-logħba bejn l-Iżvizzera u l-Ungerija fil-15 ta’ Ġunju, bl-Iżvizzeri joħorġu rebbieħa 3-1.
//= $special ?>