EURO 2024 Sport

Spanja l-ewwel tim fil-finali ta’ nhar il-Ħadd

(Ritratt: EPA)

SPANJA…………………….2

FRANZA…………………..1

Spanja: U. Simon, M. Cucurella, A. Laporte, Nacho, J. Navas (D. Vivian 58′), F. Ruiz, Rodri, N. Williams (N. Zubimendi 94′), D. Olmo (M. Merino 76′), L. Yamal (F. Torres 93′), A. Morata (M. Oyarzabal 76′)

Franza: M. Maignan, T. Hernandez, W. Saliba, D. Upamecano, J. Kounde, A. Rabiot (E. Camavinga 62′), A. Tchouameni, N. Kante (A. Griezmann 62′), K. Mbappe, R. Kolo Muani (B. Barcola 63′), O. Dembele (O. Giroud 79′)

Imwissija: J. Navas 14′, L. Yamal 91′ (S), A. Tchouameni 60′, E. Camavinga 89′ (F)

Skorjaw: L. Yamal 21′, D. Olmo 25′ (S), R. Kolo Muani 8′ (F)

Referee: Slavko Vincic (Slovenja)

Spanja huma l-ewwel finalisti tal-EURO 2024 wara li għelbu lil Franza bl-iskor ta’ 2-1, f’partita fejn Spanja kellhom jirkurpraw minn gowl żvantaġġ.

Kienu Franza li wara biss tmien minuti marru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Kylian Mbappe kien Randal Kolo Muani li għola fuq kulħadd u bir-ras xeħet wara Mike Maignan.

Spanja b’reazzjoni immedjata u f’temp ta’ erba’ minuti, dawru r-riżultat favur tagħhom. L-ewwel kien iż-żagħżugħ ta’ 16-il sena Lamine Yamal li fil-21 minuta b’konklużjoni minn barra l-kaxxa għeleb lil Unai Simon. Spanja baqgħu fuq l-offensiva u kien biss fil-25 minuta li marru fil-vantaġġ meta wara nuqqas ta’ attenzjoni fid-difiża, kien Dani Olmo li b’konklużjoni fil-baxx devjata minn Jules Kounde għamluhom 2-1.

Fit-tieni taqsima, il-logħob baqa’ wieħed maqsum biż-żewġ timijiet ikollhom iċ-ċansijiet tagħhom bid-difiża Spanjola żżomm ir-riżultat ta’ 2-1 sat-tmiem id-disgħin minuta.