Ir-referee Pollakk ta’ 43 sena Szymon Marciniak huwa l-favorit li jirrefja l-finali tal-EURO 2024.
Dan minkejja li ħafna kienu qed jaħsbu li kien se jkun ir-referee Taljan Daniele Orsato li jikkontrolla l-finali wara li ħabbar li dan kien se jkun l-aħħar Kampjonat Ewropew tiegħu. Orsato kien eskluż ukoll mis-semifinali hekk kif l-aħħar partita li kkontrolla kienet dik bejn l-Iżvizzera u l-Ingilterra fil-kwartifinali.
Għal Marciniak,din tkun okkażjoni ferm speċjali hekk kif jirnexxielu jikkontrolla l-finali tat-Tazza tad-Dinja, il-finali tal-UEFA Champions League u dik tal-Kampjonati Ewropej.
//= $special ?>