Internazzjonali Kurżitajiet

Ticketmaster iġġiegħel lill-klijenti biex jieħdu azzjoni xahrejn wara li ġiet iħħekjata

Nies madwar l-Amerika ta’ Fuq għadhom kif irċievew email mingħand il-kumpanija Ticketmaster sabiex jieħdu azzjoni wara l-kumpanija ġiet iħħekjata f’Mejju li għadda.

Minħabba f’hekk, ħafna qed jistaqsu għaliex il-kumpanija Ticketmaster damet xahrejn biex tkellmet wara hack li affettwa aktar minn 500 miljun persuna.

Waqt li l-kumpanija għadha ma rrisponditx lill-BBC fuq din il-kwistjoni, f’email qalet li r-raġuni għal dan id-dewmien kien minħabba l-investigazzjoni tal-Pulizija li kienet għaddejja. Fil-fatt, il-kumpanija kienet bagħtet avviż fuq dan il-hack lix-shareholders ftit jiem wara li seħħ il-każ.

Il-hackers, li jużaw l-isem “ShinyHunters”, irnexxielhom jisirqu ismijiet, numri tat-telefon, indirizzi u data minn credit cards.

Minn dak li nafu, il-grupp qed jitlob is-somma ta’ $500,000 għal din id-data.

Il-kumpanija Ticketmaster għadha ma kkummentatx fuq din is-sitwazzjoni.