Matul l-EURO 2024 ftit kienu l-mumenti fejn kien hemm kontroversja jew każijiet ta’ razzismu. Dan żgur ma jistax jingħad għall-aħħar edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej hekk kif wara l-finali bejn l-Ingilterra u l-Italja, kienu bosta l-plejer li rċievew kummenti razzisti fil-konfront tagħhom.
Il-plejer ta’ Arsenal Bukayo Saka kien wieħed minn dawk il-plejers li b’mod dirett sofra u rċieva bosta kummenti razzisti wara li f’dik il-finali kien wieħed mill-plejers li falla l-penalty tiegħu flimkien ma’ Marcus Rashford u Jadon Sancho, fejn l-Ingilterra kienet tilfet bl-iskor ta’ 3-2 kontra l-Italja fl-għoti tal-penalties.
L-eks chairman, tal-kampanja Kick It Out, li hija kampanja fl-Ingilterra biex tiġġieled ir-razziżmu qal li l-persuni li huma razzisti jkunu qed jistennew mument wieħed negattiv sabiex joħorġu jattakkaw lill-plejers.
Fil-partita kontra l-Iżvizzera, Bukayo Saka kien l-eroj għall-Ingilterra meta l-ewwel ġab id-draw fil-ħin regolamentari mbagħad kien wieħed mill-plejers Ingliżi li skorja penalty. F’post fuq il-midja soċjali, l-plejer Jadon Sancho qallu li dak li għamel f’dik il-partita Saka, kien għalih u anke għal Rashford hekk kif it-tliet plejer matul l-2021 għaddew minn perjodu diffiċli kawża tar-razzismu.
//= $special ?>