Internazzjonali Kurżitajiet

Wara Rihanna, issa se jġibu lil Justin Bieber għat-tieġ tagħhom

Il-kantant ta’ fama internazzjonali Justin Bieber ġie mistieden biex ikanta fit-tieġ tat-tifel tal-iktar raġel sinjur fl-Indja, Mukesh Ambani – li jmexxi ir-Reliance Industries.

Il-ġimgħa l-oħra, Anant Ambani u Radhika Merchant laqgħu l-mistednin tagħhom f’Mumbai fejn sar festin illi għalih qed jingħad li kienet mistiedna il-kantanta Rihanna.

Imbgħad il-koppja marret cruise madwar il-baħar Mediterran, fejn kienu prezenti ukoll il-kantanta Katy Perry u t-tenur Taljan Andrea Bocelli.

Rapporti mill-Indja qed jindikaw illi fit-tieġ propja – apparti Justin Biereb – ser ikun hemm Adele. Pero, dan ma ġiex ikkonfermat mill-membri tal-familja.

Intant, qed jingħad li l-kantanta Rihanna tħallset madwar seba’ miljuni biex kantat fil-pre-wedding, filwaqt li Justin Bieber se jitħallas għaxar miljuni.