Lokali Qorti

Xhieda kontra Yorgen Fenech ’tista’ tinkrimina’ lill-aħwa Degiorgio, jinsistu l-avukati

Il-proċeduri ta’ disprezz tal-qorti kontra ż-żewġt aħwa misjuba ħatja li kienu l-qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia, se jkomplu f’Ottubru wara li l-Qorti ġiet infurmata b’kawża Kostituzzjonali li huma kienu ressqu f’Mejju.  

Alfred u George Degiorgio, li t-tnejn qed jiskontaw 40 sena ħabs għall-involviment tagħhom fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, dehru quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, bħala proċeduri dwar disprezz tal-qorti u akkużi ta’ riċediva relatati mar-rifjut tagħhom li jixhdu fi proċeduri kriminali kontra Yorgen Fenech. L-aħwa Degiorgio qed iwieġbu mhux ħatja ta’ dawk l-akkużi.

L-akkużi ġew riżultat ta’ dak in-nuqqas fuq il-pedana tax-xhieda, bi ksur dirett ta’ ordnijiet ta’ xhieda maħruġa mill-Maġistrat Rachel Montebello u l-Imħallef Edwina Grima. Huwa l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Keith Arnaud, li qed imexxi l-kawża kontra Yorgen Fenech.

Il-Qorti Kriminali kienet iddeċidiet li l-aħwa Degiorgio għandhom jixhdu f’dawn il-proċeduri, fid-dawl tal-fatt li l-kawża kontrihom kienet ġiet konkluża b’mod deċiżiv. Iżda meta ssejħu għal fuq l-iżbarra f’April u Mejju ta’ din is-sena, kienu rrifjutaw li jixhdu, qal Arnaud.

“Kienu qalu lill-maġistrat li ma ridux jixhdu għax setgħu jinkriminaw lilhom infushom b’xi mod,” huwa qal, filwaqt li afferma li kienu saħqu fir-rifjuti tagħhom, minkejja li l-qorti spjegatilhom li kienu nstabu ħatja, li jfisser li d-dritt mhux li jinkriminaw lilhom infushom ma kinux japplikaw.

Sussegwentement il-maġistrat kienet iddikjara li l-aħwa Degiorgio kienu f’disprezz lejn il-qorti. L-Avukat Leslie Cuschieri għamel kontro-eżamina lil Arnaud u staqsa lill-Assistent Kummissarju tal-Pulizija jekk il-klijenti tiegħu spjegawx li kellhom proċeduri oħra pendenti fil-qorti.
 

“Huma qalu li jistgħu jispiċċaw jinkriminaw lilhom infushom,” wieġeb Arnaud. Dr. Cuschieri staqsa jekk Arnaud kienx jaf bi proċeduri Kostituzzjonali li ġew ippreżentati mill-aħwa Degiorgio, li fihom kienu qed jikkontestaw il-kundanna tagħhom għall-qtil. Arnaud wieġeb fl-affermattiv.

Il-Qorti żiedet tgħid li kienet infurmata mill-kollega tal-Avukat Cuscheri, jiġifieri l-avukat Noel Bianco, li kellha titressaq kawża Kostituzzjonali oħra fuq il-merti ta’ dawn il-kawżi. “Il-fatt hu li qed jiġu sfurzati jixhdu dwar affarijiet li jistgħu jintużaw kontrihom jekk il-każ kostituzzjonali jirriżulta fit-tħassir tal-kundanna. Kieku jerġgħu jiġu pproċessati, id-dritt tagħhom għal smigħ xieraq kien jinkiser,” spjega Dr. Cuschieri.

Il-każ ġie differit għal Ottubru biex il-prosekuzzjoni tiċċara t-talba Kostituzzjonali.