Aboubakar Diakite qed jiġi mfittex mill-Pulizija fuq ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.
Permezz ta’ stqarrija, il-Pulizija talbet biex kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u
jiġi kwotat in-numru 15/2024.