Se tkun Desirei Grech li għat-tliet xhur li ġejjin isservi bħala Sindku ta’ Birkirkara. Dan wara li fl-elezzjoni, il-PN ġab maġġoranza ta’ voti – għalkemm fil-laqgħa tat-Tlieta baqa’ ma ntlaħaq ebda qbil finali. U allura, kellha tiskatta l-liġi.
Desirei Grech spjegatilna li hemm numru ta’ affarijiet li l-kunsill se jkun qed jiffokka fuqhom, fosthom l-indafa u s-sigurtà li huma żewġ affarijiet li qed jinkwetaw lir-residenti.
Grech saħqet ukoll li hi bħala Sindku flimkien mal-kunsillieri kollha se jkunu qed iżommu kuntatt kontinwu mar-residenti tal-lokal.
Intant tliet oħra se jkun qed jittieħed vot ieħor, bil-għan li jkun hemm qbil bejn il-kunsillieri kollha, biex b’hekk ir-residenti Karkariżi jkollhom dak li vvutaw għalih; Kunsill b’maġġoranza Nazzjonalista.
//= $special ?>