F’kummenti li ta lill-midja Olandiża, il-kowċ Ronald Koeman qal li t-tim tiegħu rċieva dik li fi kliemu kienet kritika eċċessiva.
Koeman qal li fl-opinjoni tiegħu, it-tim Olandiż wera logħob ta’ kwalità minkejja n-numru ta’ plejer li għandu nieqsa mill-iskwadra tiegħu. Hu żied jgħid li l-midja kellha tkun aktar rispettabbli fil-konfront tiegħu u anke fil-konfront tal-plejers tiegħu. Hu qal li meta jikkumpara maż-żmien ta’ meta kien jilgħab hu, illum hemm aktar programmi televiżivi dwar l-isports u anke l-użu tal-midja soċjali jgħin u jagħmilha eħfef biex wieħed jikkritika.
L-istess kritika jekk mhux b’mod aktar aggressiv irċivieha l-kowċ Ingliż Gareth Southgate fejn bosta kkritkaw l-għażla inizjali tiegħu u anke l-għażliet li għamel matul l-EURO 2024. Southgate kien ukoll attakkat mill-partitarji Ingliżi wara l-partita kontra l-Islovenja fil-fażi tal-gruppi meta kienu ntefgħu lejh tazzi tal-birra.
Gareth Southgate qal li f’dan ix-xogħol huwa faċli li wieħed ikun ikkritikat u li hu flimkien mal-plejers tiegħu qed jużaw din il-kritika sabiex jagħtu risposta permezz tal-prestazzjonijiet u r-riżultati tagħhom fil-grawnd.
//= $special ?>