Internazzjonali

Il-Gvern Russu joħrog mandat għall-arrest ta’ Yulia Navalnaya

Ir-Russja ħarġet mandat għall-arrest ta’ Yulia Navalnaya, l-armla tal-ex Kap tal-Oppożizjoni Alexey Navalny.

L-akkuża hi li Navalnaya kienet qed tieħu sehem f’organizzazjoni estremista – għalkemm minn naħa tagħha ċaħdet dak li qed jingħad fuqha.

Fuq il-media soċjali, il-mara ta’ Navalny qalet li l-President tar-Russja Vladimir Putin huwa qattiel u li postu huwa fil-ħabs.

Wara l-mewt tar-raġel tagħha Alexey Navalny f’ħabs Russu, Yulia Navalnaya iltaqgħet ma’ diversi mexxejja minn madwar id-dinja, bħall-President tal-Istati Uniti Joe Biden. U riċentament, hi ġiet eletta biex tmexxi l-Fondazzjoni ta’ Drittijiet Umani.

Hi qalet li se tibqa’ tuża l-irwol tagħha biex tiġġieled kontra Putin.