Mill-inqas tmien persuni tilfu ħajjitom f’Texas u f’Louisiana, u 10 oħra tilfu ħajjitom fil-Karribew kawża tal-Maltempata Beryl li ħakmet in-nofsinhar tal-Amerika.
Madwar 3 miljun persuna madwar Texas, Loisiana u Arkansas spiċċaw mingħajr il-provvista tal-elettriku, fiwaqt li iżjed minn 1,000 titjira ġew ikkanċellati mill-ajruport ta’ Houston kawża ta’ dan il-maltemp.
Fi Huston il-buffuri tar-riħ laħqu l-120 kilometru fis-siegħa, filwaqt li matul il-maltempata innifisha is-saħħa tar-riefnu laħħqet 140 kilometru fis-siegħa.
Għalkemm l-Urugan Beryl hu mistenni jnaqqas is-saħħa matul il-jiem li ġejjin, skont iċ-Ċentru Nazzjonali Amerikan tal-Urugani għargħar u xita qawwija għadhom riskju kbir ghar-residenti f’dawn iz-zoni.
Huwa mistenni li dawn l-inhawi jesperjenza seba’ urugani din is-sena; possibilment kawża tat-tibdil fil-klima u t-temperaturi għolja tal-baħar.
//= $special ?>