L-armata ta’ Iżrael ordnat lill-Palestinjani kollha sabiex jitilqu mill-Belt ta’ Gaza billi tefgħu għadd ta’ leaflets fiż-żona waqt li komplew bl-attakki fuq l-istess belt.
L-aħħar attakk wettquh ġurnata wata li intlaqtet skola f’Khan Younis, fejn mietu mill-inqas 30 persuna.
Dan kien ir-raba’ attakk fuq l-iskejjel minn meta l-armata ordnat evakwazzjoni tal-massa minn Khan Younis u l-Belt ta’ Gaza.
Dawn l-attakki saru fl-istess perjodu meta qed ikomplu t-taħdidiet sabiex tieqaf il-gwerra f’Gaza. It-taħdidiet komplew l-Erbgħa fil-Qatar, wara li ikkonkludew id-diskuzzjonijiet fl-Eġittu.
Rapporti qalu li preżenti għal dawn id-diskussjonijiet kien hemm id-delegazzjoni ta’ Iżrael, hekk kif il-ġimgħa l-oħra l-Prim Ministru Iżraeljan Netanyahu awtorizza lin-negozjaturi biex ikomplu bit-taħdidiet.
//= $special ?>