Raġel li għalih il-Pulizija kienet ħarġet avviż ta’ tfittxija li sussegwentement ġie rtirat, ġie rilaxxat mill-Qrati minħabba li l-każ huwa preskritt. Franco Scicluna kellu wiċċu muri fuq il-midja fit-2 ta’ Lulju wara li l-Pulizija ħarġet avviż ta’ tfittxija, li qalet li kien imfittex b’rabta ma’ każ li kien għaddej fil-Qorti.
Ftit wara, il-Pulizija ħarġet stqarrija li Scicluna ma kienx għadu mfittex. Waqt seduta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, irriżulta li Scicluna qatt ma kien imsejjaħ formalment mill-Qorti biex jidher quddiemha. Dan iqajjem mistoqsijiet dwar għaliex inħareġ l-avviż ta’ tfittxija fl-ewwel lok.
Il-każ jinvolvi lid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol. Iżda fis-seduta, il-maġistrat ċaħdet il-kawża kontra Scicluna billi f’digriet li tat iddikjarat li kienet preskritta.
L-Avukat Alfred Abela, qal li l-każ jikkonferma l-innoċenza tal-klijent tiegħu u ssuġġerixxa li “l-azzjoni oriġinali setgħet kienet maħsuba biex tagħmel ħsara” lill-klijent u lin-negozju tiegħu.
//= $special ?>