Fis-settur artistiku jeħtieġ li l-Gvern jikkonsulta mal-esperti.
Hekk saħqet Maria Galea il-President tal-Assocjazzjoni li tirrappreżenta l-industrija lokali tal-arti u d-diverstiment fid-dawl tal-fatt li l-Malta Film Commission nefqet madwar €8 miljun fuq żewġ edizzjonijiet tal-Mediterrane Film Festival, kif ukoll wara li fl-aħħar jiem sirna nafu li ntefqu nofs miljun ewro fuq film ta’ 10 minuti. Dan meta l-artisti lokali jingħataw biss miljun ewro fis-sena.
Maria Galea spjegat ma’ dan l-istazzjon l-importanza li meta jkunu se jorganizzaw xi festival jew jippreżentaw xi proposta fil-budget, in-nies fl-industrija lokali jiġu kkonsultati hekk kif din l-assoċjazzjoni tirrappreżenta ‘l fuq minn 1,000 membru fis-settur artistiku.
Il-President tal-MEIA qalet li bħala assoċjazzjoni jixtiequ li t-talent lokali jkun apprezzat iktar. Dan hekk kif hemm ħafna potenzjal fl-artisti lokali tant li dan it-talent għandu wkoll jiġi offrut pjattaforma internazzjonali.
//= $special ?>