Id-difensur laterali Jesùs Navas stabbilixxa ruħu bħala leġġenda tal-futbol Spanjol, hekk kif sar it-tieni l-ixjaħ plejer li lagħab f’semifinali tal-EURO f’dan is-seklu wara Jens Lehmann tal-Ġermanja.
L-eks plejer ta’ Manchester City għandu 38 sena u bħalissa huwa l-captain ta’ Sevilla,
Huwa kellu prestazzjoni mill-aqwa hekk kif il-kowċ Luis de la Fuente afdah bil-kompitu li jiddefendi l-qawwa ta’ Kylian Mbappe mal-linja tax-xellug.
Navas irċieva applaws mingħand il-partitarji Spanjoli hekk kif Spanja għaddew għall-finali bir-rebħa ta’ 2-1 fuq Franza.
Jekk Navas ikun involut fil-finali tal-Ħadd, huwa uffiċjalment jikser ir-rekord ta’ Lehmann u jsir l-ixjaħ plejer li lagħab fil-finali tal-EURO.
//= $special ?>