Lokali

“Kont eċċitat ħafna li rbaħt l-unur: Best Local Up & Coming Fashion Designer”

Lanqas stajt nemmen li jien mill-istudenti kollha tal-MCAST irbaħt dan l-unur tant prestiġjuż.

Hekk stqarr Isaac Fenech li rebaħ l-unur ta’ ‘Best Local Up & Coming Fashion Designer’, waqt il-Malta Fashion Awards ta’ din is-sena. Kategorija li kienet tikkonsisti f’sitt studenti li temmew il-kors tagħhom tal-moda.

Isaac Fenech spjega li minkejja li kienet kompetizzjoni, kien hemm sens ta’ ħbiberija fost l-istudenti li matul is-snin għinu ħafna lil xuxlin. Stqarr ukoll li dan l-unur nissel ċertu fiduċja fih innifsu.

Dwar dan l-unur tkellimna wkoll ma’ Adiran Mizzi, li huwa l-moħħ wara l-Malta Fashion Week u l-Malta Fashion Awards.

Adrian Mizzi stqarr ukoll li din is-sena din il-kategorija kienet waħda b’saħħitha; u għalhekk Net News staqsa lil Isaac minn fejn isib l-ispirazzjoni biex joħloq disinji daqshekk uniċi.

Għal kuntrarju ta’ dak li ħafna jaħsbu, id-disinji li jintwerew waqt il-Malta Fashion Week mhux qegħdin hemm biex jinxtraw.

Fenech sostna li  din ir-rebħa ma kenitx tkun possibli mingħajr il-gwida tal-għalliema tal-MCAST li kienu hemm f’kull pass li l-istudenti jieħdu.

Ir-rebbieħ ta’ dan l-unur temm billi stqarr li x-xewqa tiegħu hi li jkompli jikber u jimraħ fix-xena lokali tal-moda.