Minkejja li l-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor Orban ħa s-siġġu tal-Presidenza tal-UE, id-diskors li permezz tiegħu jrid jippreżenta l-aġenda tiegħu, għalissa ġiet ibblokkata mill-Parlament Ewropew.
Jidher li l-Parlament Ewropew kellu bżonn aktar ħin mis-soltu biex jorganizza ruħu għall-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni; liema elezzjoni se ssir il-ġimgħa d-dieħla.
Għalhekk, Orban probabbli se jkollu jistenna sa Settembru biex jippreżenta l-aġenda tiegħu għas-sitt xhur li ġejjin.
Orban huwa magħruf għall-ideat estremisti tiegħu, u riċentament, prova jimblokka fondi kruċjali għall-Ukrajna. Huwa pproklama ruħu bħala wieħed mill-uniku mexxej fl-Ewropa li kellu s-saħħa jitkellem maż-żewġ naħat tal-gwerra.
//= $special ?>