Il-captain Spanjol Alvaro Morata weġġa’ matul iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħa tas-semifinali kontra Franza wara li dawwar irkoptu meta kellu kollużjoni ma’ fotografu. Din l-injury waslet wara li l-fotografu ġera tul il-grawnd biex jiġbed ritratt ta’ Morata jiċċelebra r-rebħa, fejn hemm żelaq u daħal fl-attakkant Spanjol. L-attakkant ta’ 31 sena deher imweġġa’ sew, bil-kowċ de la Fuente jikkummenta li għadhom ma daħlux it-testijiet kollha u hemm bżonn ta’ iktar stennija biex jikkonfermaw is-sitwazzjoni ta’ Morata.
Huwa kompla jgħid li ċ-ċansijiet huma li Morata jista’ jkun disponibbli għall-finali tant importanit nhar il-Ħadd li ġej, però jridu jkunu kawti u jimxu bl-għaqal.
Il-finali tal-Ħadd, hija l-ewwel finali għall-Ispanjoli fil-EURO mill-2012, l-aħħar edizzjoni li rebħu bir-rebħa fuq l-Italja bl-iskor finali jkun 4-1.
//= $special ?>