Fil-Court prinċipali ta’ Wimbledon, l-attenzjoni fuq is-seed numru 1, Jannik Sinner tal-Italja, li f’partita li damet erba’ sigħat safa’ megħlub mis-seed numru 5 Daniil Medvedev.
Kien Sinner li rebaħ l-ewwel set 7 – 6. Reazzjoni immedjata minn Medvedev li rebaħ it-tieni set 6 – 4 . It-tielet set minn 2 – 2 mar għal 6 – 6 sabiex kien Medvedev li għalaq 7 – 6 biex mar fil-vantaġġ. Ir-raba’ set dominat għal kollox minn Sinner li rebaħ 6 – 2 .L-aħħar set dak deċiżiv mirbuħ minn Medvedev 6 – 2 li għadda għas-semifinali.
Fil-konfront bejn Carlos Alcaraz ta’ Spanja seed numru 3 u Tommy Paul tal-Istati Uniti, wara li l-ewwel set intrebaħ minn Tommy Paul 7 – 5, kien Alcaraz li ddomina l-bqija tal-partita fejn rebaħ it-tliet sets konsekuttivi 6 – 4; 6 – 2; 6 – 2.
//= $special ?>

