Id-derby tal-Balluta wasal f’mument partikolari għal Neptunes Videoslots, b’żewġ telfiet konsekuttivi l-ġimgħa l-oħra. Fil-ġurnata urew titjib u offrew sfida denja iżda xorta kellhom ibaxxu rashom għar-rivali San Ġiljan JP Projects.
Quddiem pubbliku mhux daqshekk numeruż għall-konfront ta’ dan it-tip, il-logħba kellha mumenti ta’ ftit tensjoni iżda xorta ma kinitx meqjusa bħala logħba klassika. Kien iktar id-distakk viċin li għamel il-logħba interessanti. Finalment kellha tkun ir-regola ġdida li xeqilbet il-miżien favur San Ġiljan hekk kif qed twassal biex logħba li tkun intemmet fi draw, tiġi deċiża bil-penalties.
Matthew Zammit poġġa lil San Ġiljan iżda Neptunes dawru r-riżultat sa tmiem l-ewwel sessjoni, b’Nico Schiavone jiskorja l-uniku gowl tat-tieni sessjoni. San Ġiljan żiedu l-livell fit-tielet sessjoni u l-ewwel marru 4-3 minn fuq biex wara li Dmitrii Kholod ġab id-draw, Russell Caruana u Nikolai Zammit taw vantaġġ ta’ 6-4 qabel il-bidu tal-aħħar sessjoni.
Il-Ġiljaniżi żammew id-distakk sakemm doppjetta ta’ Dmitrii Kholod għamlet l-iskor 7-7. Matthew Zammit żamm lil San Ġiljan minn fuq b’xutt b’saħħtu b’anqas minn żewġ minuti għat-tmiem iżda Stevie Camilleri wieġeb għal Neptunes lejn it-tmiem biex il-logħba kellha tkun deċiża bl-għoti tal-penalties.
San Ġiljan skorjaw il-penalties kollha permezz ta’ Matthew Zammit, Jake Bonavia, Aaron Younger, Nicholas Bugelli u Nikolai Zammit filwaqt li għal Neptunes skorjaw Stevie Camilleri, Dmitrii Kholod, Jake Muscat u Sam Gialanze, bir-raba’ penalty ta’ Alec Fenech ġie salvat minn Jake Tanti.
Sirens Build Fitness żammew mal-aspettattiva u għelbu lil Birżebbuġa Freeport 14-6. Protagonist għal Sirens is-solitu Daniil Merkulov li mhux biss kien l-aħjar skorer tal-logħba iżda ispira lit-tim tiegħu bil-kwalitajiet tiegħu. Merkulov spikka bi tripletta fl-ewwel sessjoni hekk kif Sirens kienu diġà bnew vantaġġ ta’ 6-2.
Birżebbuġa pruvaw jibqgħu qrib b’żewġ gowls ta’ Alberto Barroso iżda kien Matthias Azzopardi li bi tripletta fit-tieni sessjoni kabbar il-vantaġġ għal 9-4. Sirens neħħew kull dubju mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’gowl ta’ Jake Cachia u doppjetta ta’ Merkulov biex fl-aħħar sessjoni setgħu jikkontrollaw il-logħba mingħajr diffikultà.
BARRACUDAS……………… 6
EXILES WELBEE’S………… 19
(1-6), (1-7), (3-4), (1-2)
Barracudas: Cl. Bugeja, Ch. Bugeja (1), N. Farrugia, P. Micallef, W. Ruggier, R. Sciortino (1), J. Schembri Young, S. Apap, M. Guidi (1), A. Mifsud (1), L. Pursehouse, C. Borg, C. Saliba (2), T. Camilleri
Exiles: Z. Dzanovic, Z. Cutajar Licari (2), Z. Micallef (1), D. Pace Lupi (1), M. Martellacci (2), D. Gogov (7), K. Griscti (5), N. Paris, K. Tanti, N. Bonavia, M. Fenech, N. Saliba (1), G. Galea Curmi, M. Paris
Referees: Neville Mercieca, Aldo Rovandi
SAN ĠILJAN JP PROJECTS… 8
NEPTUNES VIDEOSLOTS….. 8
(1-2), (1-0), (4-2), (2-4)
(San Ġiljan jirbħu 5-4 bil-penalties)
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli, D. Tully, R. Caruana (1), A. Younger, M. Zammit (2), J. Bonavia, B. Plumpton (2), J. Abela (1), N. Zammit (1), D. Zammit, N. Schiavone (1), G. Borg, G. Bonavia
Neptunes: A. Borg Cole, D. Kholod (3), S. Gialanze (1), G. Pace, J. Camilleri, L. Mallia, S. Camilleri (3), M. Castillo, J. Muscat (1), J. Bajada, A. Fenech, E. Mallia, M. Rossi, D. Bugeja
Referees: Massimo Angileri, Andrea Barretta
BIRŻEBBUĠA FREEPORT………. 6
SIRENS BUILD FITNESS………. 14
(2-6), (2-3), (1-3), (1-2)
Birżebbuġa: M. Sladden, I. Galea, N. Cassar, B. Grech (2), S. Bezzina, M. Manara, A. Barroso (4), M. Cassar, D. Farrugia, M. Cutajar, G. Mannino, M. Curmi, S. Livori, J. Cauchi
Sirens: I. Schembri, P. Serracino, J. Chircop, P. Borg (1), J. Cachia (3), K. Agius, D. Merkulov (5), I. Riolo (2), J. Zerafa Gregory, G. Farrugia, M. Sciberras, M. Azzopardi (3), J. Parnis, M. Ortoleva
Referees: Aldo Rovandi, Peter Balzan
Logħob għal-lum
Ta’ Xbiex v Marsaxlokk 6.00pm, Otters v Marsaskala 7.15pm, Sliema v Valletta 8.30pm
//= $special ?>