Dgħajsa li kienet qed iġġorr 20 immigrant għerqet viċin il-kosta tal-Kolombja.
Din it-tragedja ħalliet persuna mejta, filwaqt li għad hemm erba’ persuni nieqsa.
15-il persuna ġew salvati; sitta minnhom tfal.
L-adulti li ġew salvati kienu mill-Kolombja, minn Nikaragwa, mill-Ekwador, mill-Każakstan u mill-Veneżwela.
F’Mejju li għadda, Washington imponiet sanzjonijiet fuq in-Nikaragwa wara li akkużawhom li qed jgħinu fit-traffikar ta’ immigranti li qed ifittxu kenn fl-Istati Uniti.
Kawża ta’ dan, il-Kolombja sostniet li aktar immigranti qed jgħaddu mir-rotta ta’ bejn San Andres u n-Nikaragwa – l-istess rotta li fiha għerqet din id-dgħajsa.
//= $special ?>