Iż-żejt mhux talli tela’ f’wiċċ l-ilma imma ser jibdew jinkixfu l-maniġġi ta’ min tant kien jipprietka l-indafa politika.
Hekk stqarr l-Eks Deputat Laburista Joe Sammut, li dalgħodu ħareġ qatta’ bla ħabel fuq il-midja soċjali jattakka lill-partit tiegħu stess.
Joe Sammut serva fil-Parlament Malti għal xejn anqas minn erba’ leġiżlaturi. u kien parti integrali mil-Labour fl-aktar żminijiet diffiċli għall-Partit Laburista meta kien fl-Oppożizzjoni.
Sammut irrefera għall-istejjer dwar Chris Fearne, u rabat dak li għaddej bħalissa mal-fatt li hu – fl-2017 – ma reġax ikkontesta mal-Labour; fil-perijodu meta kienu diġà ħerġin stejjer xokkanti dwar Vitals u d-deal frawdolenti tal-isptarijiet.
“Id-dnub ma jorqodx. Fil-mument opportun se ngħid dak li għandi ngħid”, stqarr l-Eks Deputat Laburista.
Dan huwa dak li kiteb l-Eks Deputat tal-Labour Joe Sammut
Qegħdin insegwu għal attentat ta’ qtil politiku ta’ eks kollega Parlamentari u Eks Viċi Kap tal-Partit Chris Fearne. Li kieku xi ħadd tenna xi ħaġa f’dan is-sens, zgur kien jigi meqjus bħala miġnun – għadu tal-Partit.
Kienu ħafna dawk li staqsewni għalfejn irtirajt fl-aħħar minuti tal-kampanja elettorali 2017. Napprezza li ħafna minkom ħadtuha qatta’ bla ħabel kontra d-decċżjoni tiegħi. Nifhimkom.
Però dak iż-żmien ma kontx f’pożizzjoni ngħid, nikxef dak li kien għaddej kontra tiegħi personali f’kull kapaċità – U dan kollu beda mhux lejliet 2017. Minn ħafna qabel.
Nieqaf hawn għal-lum, però ibqgħu ċerti li d-dnub ma jorqodx u fil-mument opportun ngħid dak li għandi ngħid.
//= $special ?>