Sport Sport Ieħor

Biniam Girmay jirbaħ it-tielet stadju tiegħu fit-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Biniam Girmay kiteb l-istroja meta rebaħ it-tielet stadju tiegħu fit-Tour de France fit-12-il stadju u b’hekk żamm u kabbar il-vantaġġ tiegħu wkoll fil-battalja għall-flokk l-aħdar.

L-Eritrean sar l-ewwel Afrikan li rebaħ stadju fit-Tour de France meta rebaħ l-ewwel stadju. Iċ-ċiklista ta’ 24 sena għeleb l-isfida ta’ Wout van Aert u Arnaud Demare u issa jinsab 111-il punt fuq Jasper Philipsen.

Tadej Pogacar, minn naħa tiegħu, żamm il-flokk l-isfar u baqa’ fuq quddiem b’vantaġġ ta’ minuta u sitt sekondi fuq Remco Evenepoel.