Futbol Sport

Darwin Nunez fi ġlied mal-partitarji Kolumbjani

(Ritratt; EPA)

Is-semifinali tal-Copa America bejn l-Urugwaj u l-Kolumbja kienet iddominata minn ġlied bejn il-plejers u l-partitarji fi tmiem il-partita meta l-attakkant ta’ Liverpool Darwin Nunez qabeż fost il-partitarji biex jiġġieled mal-partitarji tal-Kolumbja.

Rapporti fil-midja Urugwajana rrappurtaw kif seħħet ġlieda fost il-partitarji viċin fejn ikun hemm il-familjari u l-ħbieb tal-plejers. Nunez għadu ma kkummentax fil-pubbliku dwar dak li seħħ.

Il-partita ntemmet 1-0 favur il-Kolumbja fejn issa se jilagħbu kontra l-Arġentina.