B’reazzjoni għar-riżultat bejn l-Ingilterra u l-Olanda fejn kien konfermat li nhar il-Ħadd Spanja se jilagħbu kontra l-Ingilterra fil-finali tal-EURO 2024, il-kowċ Spanjol Luis de la Fuente qal li din se tkun finali mimlija emozzjoni u plejers mill-aqwa.
Hu qal li ż-żewġ pajjiżi għandhom stil ta’ logħob differenti fejn l-Ingilterra huwa tim aktar fiżiku filwaqt li t-tim tiegħu huwa wieħed aktar tekniku. De la Fuente qal li t-tim tiegħu ħa jipprova jimponi l-partita iżda jridu jkunu kawti mill-kontrattakk tat-tim Ingliż.
//= $special ?>