Futbol Sport

Floriana b’rebħa komda

(Ritratt: EPA)

FLORIANA………………….3

TRE PENNE…………………1

Floriana: C. Mafoumbi, A. Garzia (C. Lonardelli 87′), O. Spiteri, O. El Hasni, A. Kouros (Fernandinho 82′), M. Garcia, D. Vella (U. Arias 67′), T. Santos (M. Veselji 67′), J. Grech, K. Reid, K. Nwoko (A. Obonogwu 67′)

Tre Penne: M. Migani, G. Nigretti (F. Giovagnoli 90′), N. Vecchio, N. Lombardi, M. Palazzi (E. Casadei 82′), M. Scarponi (M. Zeka 82′), A. Amati, B. Boccioletti, L. Dormi (C. Grieco 67′), R. Pieri, T. Guidi (L. Ceccaroli 82′)

Referee: Florian Lata (Albanija)

Floriana kisbu rebħa komda ta’ 3-1 fuq Tre Penne fl-ewwel leg ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League.

Kienu Tre Penne li fetħu l-iskor fil-50 minuta permezz ta’ Tommaso Guidi. Floriana wettqu reazzjoni immedjata u ġabu l-iskor indaqs fil-55 minuta permezz ta’ Kyrian Nwoko.

It-tim ta’ Darren Abdilla mar fil-vantaġġ fis-57 minuta meta kien il-captain Dunstan Vella li b’xutt minn tarf il-kaxxa għamel l-iskor 2-1 biex sitt minuti wara Floriana komplew ikabbru l-iskor permezz ta’ Thiaguinho li għamilhom 3-1.